
Tant li issa sirt kwazi nbassar dak li jkun se jigri: l-ewwel ikun hemm it-thabbir tal-ftehim – haga li generalment issehh fil-presenza ta’ xi amministratur minuri mill-klabb barrani – fost hafna kliem dwar kemm se jkun ta’ beneficju dan il-pass, imbaghad ikun organizzat xi kamp zghir tat-tahrig ghat-tfal Maltin u mbaghad…u mbaghad xejn. Donnu jintesa kollox u l-beneficji li tant ikun intqal dwarhom qisu mhu xejn.
Il-ftehim bejn in-nursery ta’ Birkirkara u l-klabb ta’ Atalanta pero’ kisret dawn l-impressjonijiet kollha ghax f’Dicembru li ghadda, ghat-tielet sena konsekuttiva, tlett kowcis mill-klabb Taljan – Massimo Biffi, Luca Silvani u Matteo Moranda - kienu Malta biex jtellghu sessjonijiet ta’ tahrig ghat-tfal tal-klabb Karkariz.
Fost it-tlieta, Biffi huwa l-iktar veteran, kowc tal-gowlkipers b’hafna stejjer x’jirrakkonta dwar karriera twila li ratu jkun il-preparatur ta’ nies bhal Cristian Abbiati. Ghalhekk m’hi l-ebda sorpriza meta huwa jiehu r-riedni tal-konversazzjoni. “Birkirkara avvicinawna biex ikun hemm ftehim bejn iz-zewg klabbs u wara perjodu ta’ studju ddeciedejna li naccettaw. Harisna lejn hafna affarijiet, mhu l-inqas is-serjeta tal-klabb u l-attitudni tal-kowcis. Nahseb li huwa certifikat tajjeb ghan-nursery ta’ Birkirkara li ahna accettajna li nidhlu f’dan il-ftehim ghaliex huma l-uniku klabb barra mil l-Italja li ahna ghandna ftehim simili mieghu.”
Unur tassew specjalment meta tqis it-tradizjoni ta’ l-Atalanta fil-futbol Taljan. Ghaliex, filwaqt li Coppa Italia mirbuha fl-1963 tibqa’ l-uniku unur nazzjonali ta’ dan il-klabb min Bergamo, mis-settur taz-zghazagh ta’ l-Atalanta hargu talenti bhal Roberto Donadoni, Alessandro Tacchinardi, Tomas Locatelli, Cristian u Damiano Zenoni, Riccardo Mantolivo u Giampaolo Pazzini.
Tant hu prolifiku s-settur taz-zghazagh taghhom li huwa meqjus l-aqwa wiehed fl-Italja u s-seba’ wiehed fl-Ewropa meta tqis in-numru ta’ plejers li hargu minnu u li jilghabu fl-oghla divizjoni tal-pajjiz.
Ovvja ghalhekk il-mistoqsija: x’inhu s-sigriet? “Is-sigriet, jekk tista’ ssejahlu hekk, hu li r-responsabli tas-settur taz-zghzagh ta’ l-Atalanta – Mino Favini – jishaq li min eta’ zghira nahdmu hafna fuq it-teknika tal-plejers. Hemm ukoll hafna fiducja fil-kowcis fejn isir hafna xoghol biex ikollna l-ahjar preparaturi possibli, nies li jafu jahdmu maz-zghazagh u jafu l-ahjar mod li bih jaghlmuhom kif ghandha tintlghab il-loghba.”

“Naturalment, jghin hafna li bhala socjeta, l-Atalanta hija wahda li min dejjem adottat strategija fejn taghti spazju liz-zghazagh. B’hekk meta plejer jigi maghna jaf li jekk hu jahdem bizzejjed mela se jinghata cans ma’ l-ewwel tim. Ma’ klabbs ohra forsi dan mhux il-kaz u ghalhekk ix-xoghol li jkun qed isir mis-settur taz-zghazagh ikun inqas apparenti.”
Tghin ukoll xibka ta’ osservaturi mxerda madwar l-Italja bil-ghan li jindikaw l-ahjar talent. “Hafna mill-plejers taghna jigu miz-zona ta’ Bergamo pero’ ngibu plejers mill-bqija ta’ l-Italja. Mhux dejjem ikun facli ghalihom ghaliex dawn ikunu zghazagh ta’ erbatax, hmistax-il sena li qed jinfirdu mill-familja taghhom ghal l-ewwel darba.”
“Pero’ ahna naghmlu dak kollu li nistghu biex nghinuhom. Ghandna psikologa li l-hin kollu ssegwihom biex tara kif inhu l-istat mentali taghhom u bhala kowcis inkunu qed inharsu lejn il-mod li bih huma jkunu qed jagixxu.”
Hawn tqum diskussjoni dwar l-importanza ta’ l-element mentali fil-futbol – “hawn plejers li uzaw is-sahha mentali taghhom biex ipattu ghan-nuqqasijiet fizici taghhom” – jintervjeni Moranda. Hawn ukoll, naslu ghar-raguni wara l-presenza tal-kowcis ta’ l-Atalanta f’pajjizna.
“Ahna nigu biex naraw kif miexi x-xoghol fil-klabb ta’ Birkirkara u x’qed jaghmlu l-kowcis ta’ dan il-klabb. Pero’ naturalment xogholna huwa wkoll li naraw x’talent hawn halli jekk ikun hemm xi hadd tal-kalibru li ta’ l-Atalanta mela nkunu nistghu navvicinawh.” Huwa ghalhekk li kull min mar jara t-Tournament tal-Milied organizzat min-nursery ta’ Birkirkara setgha jara t-tlett kowcis fl-attendenza prattikament ghal kull loghba.
S’issa, hadd ghadu ma’ gibdilhom l-attenzjoni. “Nghidlek id-dritt, qabel ma’ gejt hsibt li l-livell se jkun aghar milli hu,” Biffi jammetti. “Teknikament nahseb li mhux hazin, anzi nghid li tajbin, u min sena ghal l-ohra qed naraw titjieb gradwali li huwa fattur posittiv hafna. Izda s’issa ma rajna l-hadd li jaf ikun tajjeb bizzejjed ghalina.”
Din li, teknikament, il-plejers Maltin huma tajbin spiss tintqal. Izda, allura, jekk dan huwa l-kaz kif inhi li l-ebda plejer mhu tal-livell li jridu huma? “Trid tara wkoll il-livell agonistiku. Mod jien nilghab tajjeb meta l-plejers ta’ madwari qed jaghtuni l-ispazju u mod kompletament differenti meta jien irrid nilghab daqstant iehor tajjeb bi plejers jipressawni. Il-kapacita li taghmel l-istess mossi imma iktar malajr u iktar taht pressjoni hija dik li taghmel id-differenza.”
Hija din il-kapacita’ li, apparentament, hija nieqsa miz-zghazagh Maltin anke’ jekk Biffi jishaq li “kull sena qed naraw titjib”. Ma jidirx it-tip ta’ karattru li johrog b’kumment simili biex jimpresjoni jew jikkuntenta, u ghalhekk ghandu jittiehed bhala kumpliment. Wara kollox, huwa dan il-beneficju ewlieni ta’ zjarat bhal dawn.
Wara l-intervista Franco Agius, wiehed mill-kowcis ewlenin ta’ Birkirkara, jistqarr kemm jitghalmu mis-sessjonijiet tat-tahrig tat-Taljani. “Ninnotaw kif jagixxu u l-mod li bih ibiddlu t-tahrig. Impossibli ma’ titghallimx minghandhom meta tqis ix-xoghol li huma jaghmlu ta’ kulljum.” U hija b’dawn il-lezzjonijiet li jiehdu l-kowcis Maltin – iktar milli b’dawk li jkunu qed jiehdu t-tfal waqt is-sessjonijet – li l-livell ikun qed jghola.
Dan l-artiklu gie ppublikat fl-edizjoni tas-17 ta' Jannar tal-GENSillum / This article was published in the17th January 2009 issue of IL-GENSillum.