You Are Reading

0

[Athletics / Atletika] Intervista ma' Tony Chircop

Paul Grech Saturday, January 17, 2009 , , ,
Jekk tuza l-unuri moghtija fi tmiem is-sena bhala l-parametru li jiggudika jekk sport kienx success jew le fit-tnax-il xhar ta qabel, mela l-konkluzjoni tieghek se tkun li l-2008 kienet wahda fallimentari ghal l-isport ta' l-atletika.

Dan wara li l-ebda atleta ma rnexxielu jnizzel ismu jew isimha fil-lista ta' dawk li l-Kumitata Olimpiku Malti ghazel bhala l-iktar sportivi li marru tajjeb is-sena li ghadha kif intemmet. Nuqqas li jispikka l-aktar meta tqis ir-regolarita li biha dan l-isport kien prezenti fil-passat.

Imma r-realta hija differenti ghaliex dak hu kejl zbaljat: is-success ma jitqiesx biss mir-rizultati ta' l-individwi imma minflok b'dak li jkun sar b'mod komplessiv mil l-isport partikolari kollu.

Dik certament hi l-ideja ta’ Tony Chircop, president tal-Malta Amateur Association.

“Is-sena li ghaddiet ma kienx hemm Loghob tal-Pajjizi z-Zghar izda dan ma jfissirx li kienet sena nieqsa mis-success,” huwa stqarr waqt intervista ma’ Sportiv. “Anzi ahna ghandna numru ta’ kompetizzjonijiet fejn il-livell huwa sahansitra oghla min dak tal-GSSE.”

“Ahna ta’ kull sena jkollna l-Indoor u l-Outdoor Championships jew fuq livell Ewropej inkella fuq wiehed Mondjali. Niehdu sehem ukoll fil-European Cup b’tim kompost min atleti Maltin flimkien ma’ uhud mil-Liechenstein, Monaco u San Marino, anke jekk il-maggoranza jkunu atleti Maltin. Hawn ikun hemm timijiet ta’ kalibru oghli bhal ma’ huma l-Awstrija, l-Izrael, l-Albanija u Cipru. Din is-sena rajna titjib fil-klassifikazzjoni miksuba specjalment fost in-nisa fejn spiccajna s-seba min erbatax.”

Is-success f’din il-kompetizzjoni jwassal ghal mistoqsija jekk wasalx iz-zmien li jkun hemm tim maghmul esklussivament min atleti Maltin.

“Min din is-sena, l-format ta’ din il-kompetizzjoni nbidel fejn issa saret il-European Team Cup u l-punti se jitqassmu fuq id-dixxiplini kollha. Dan ifisser li jrid ikollok tim aktar komplet u jekk ahna konnha qeghdin nahsbu li niehdu sehem b’tim Malti mela issa se jkollna nipposponu dik id-decizjoni.”

Kompetizjoni ohra li qed tikber fl-importanza hija l-International Meet li l-MAAA qed taghmel appuntament ta’ kull sena. “Din is-sena kellna interess qawwi u livell gholi minghand timijiet barranin. Naturalment dan jghin l-atleti Maltin ghax ikunu jistghu jesperjenzaw livell ta’ kompetizzjoni tajba gewwa pajjizhom stess.”

Izda dan ghadu biss bidu. “Kunfidenti li l-edizjoni ta’ l-2009 se tkun sahansitra ahjar. Qed naraw interess dejjem jikber min timijiet barranin Diga hemm timijiet mil l-iSvezja u Franza li kkonfermati flimkien mat-tim nazzjnali ta’ Wales u slezzjoni ta’ Northern Athletics mil l-Ingilterra. Dawn barra t-timijiet min Tunis, l-Egittu u l-Libja li dejjem ikunu mistednin. U l-applikazzjonijiet l-hin kollu dehlin.”

“Cert li dan se jkun ta’ preparazzjoni tajba ghal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar.”

Kompetizjoni ohra li matul is-sena li ghaddiet tat sodisfazzjon kbir li l-atletika kienet dik tal-FISEC.

“Kuntent hafna b’dak li ghamlu l-atleti taghna,” kompla Chircop. “B’mod partikolari kien hemm Michael Fraser, l-atleta mwieled l-Ingilterra imma ta’ dixxendenza Maltija, li kien rivelazzjoni kbira fl-400m.”

Dak ta’ Fraser idahhalna f’argument iehor, wiehed li jdur madwar l-impatt li jista’ jkollhom dawn l-atleti fuq dawk lokali.

“Ahna naghmlu kundizzjoni – u li mhux kullhadd jaghmilha – li dawn l-atleti jkollhom passaport Malti. Iktar min hekk jien ma’ nistghax naghmel. Wara kollox, jekk xi hadd jigi fuqi u jghidli li ghandu passaport Malti mela jien m’ghandi l-ebda raguni biex inzommhom milli jikkompetu ghal Malta.”

Hawn Chircop jammetti li hemm iktar atleti li qed jesprimu xewqa simili. “Bhalissa qed insewgi atleta ta’ dixxendenza Maltija li jghix l-Awstalja. Huwa esprima interess qawwi li jigri ghal Malta fl-ispecjlita tieghu li hija l-400m fejn nahseb li huwa sahansitra ahjar min Fraser. Jekk huwa jigri ghal Malta, nahseb li se jkollna possibilitajiet kbar fil-400m relay,”

Izda huwa hawn li tidhol id-diffikulta ghaliex f’Malta diga hawn erba’ atleti ta’ livell tajjeb f’din l-ispecjalita. “Li nixtieq nara hu li l-atleti jkunu lesti jippruvaw specjalitajiet ohra. Per ezempju, filwaqt li ghandna abbundanza ta’ talent fl-400m donnu kullhadd jibza mill-400m hurdles. Nemmen li l-atleti kollha taghna kapaci jilhqu l-kwalifikazzjoni li hemm ghal din l-ispecjalita ghal Loghob tal-Pajjizi z-Zghar.”

Fattur posittiv li johrog mill-kuntatt ta’ Chircop ma’ atleti li jigru barra min Malta hija l-konferma li tohrog dwar it-talent li ghandna f’pajjizna. “Kont qed inhares lejn ir-rizultati ta’ l-atleti zghar fl-Awstralja u l-hinijiet miksuba mil l-atleti taghna huma ferm ahjar minnhom. Id-differenza tinsghab f’meta jilhqu l-erbatax-il sena ghax min hemm jibda johrog distakk fil-livell ta’ l-atleti. Nahseb li wasal iz-zmien li jsir studju serju biex naraw x’nistghu naghmlu halli nsibu risposta ghal din il-kwistjoni.”

L-assocjazzjoni qeghda tara x’jista’ jsir fejn jidhol il-gir fit-toroq.

“Barra t-trek ahna niehdu hsieb ukoll ir-Road Running u din is-sena kellna rizultati tajbin. Qed naraw kif nistghu ntejjbu dawn ir-rizultati tant li waqqafna kumitat apposta biex johrog b’idejat halli dawn jitjiebu.”

“Qed nippruvaw ukoll nincentivawhom biex jikkompetu fit-trek. Ilu sitt snin ma jkollna atleta Malti li jiehu sehem fil-long distance fil-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar u qed nittamaw li xi wiehed min dawn l-atleti jirnexxielu jbiddel dan”

Anke’ hawn Chircop jixtieq jara atleti jippruvaw affarijiet godda. “Ghandna atleti tajbin fil-5000m u l-10,000m izda hadd minnhom ma jipprova t-3,000m steeplechase.”

Certu affarijiet, pero’ qeghdin jinbidlu. “Ricentament organizzazjna cross country ghat-tfal ta’ l-iskejjel u kellna rispons fenomenali b’il fuq min 400 tifel u tifla. Dawn jaghtina hafna kuragg u qed naraw kif nistghu nergghu norganizzaw xi haga simili filwaqt li ntejbu fuq dawn ir-rizultati.”

Ir-rizultati jitjiebu wkoll grazzi ghax-xoghol ta’ l-atleti u l-isforz qatt ma jonqos. “Filwaqt li hafna sports ohra jieqfu waqt il-vaganzi tal-Milied, ahna gibna l-kowc Ingliz Mike McFarlance fil-gimgha tal-Milied biex l-isprinters u l-long jumpers taghna jkunu jistghu jithargu mieghu.”

Ir-raguni ghal dan hija ovvja: dik li jkun hemm l-ahjar preparament possibli ghal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar.

“Il-mira tagha naturalment hija dik li nikkompetu bl-iktar tim b’sahhtu possibli f’kemm jista’ jkun events. Mill-GSSE se johorgu wkoll dawk l-atleti li ha jmorru fil-Mediterranean Games fejn ahna se nipprovaw li kull min jibah midalja jmur Pescara. L-istess jghodd ghal_Euroepean Team Cup fejn se nipprovaw immorru bl-iktar tim komplet possibli.”

“Hemm ukoll il-European Youth Olympic Forum li qed naghtuh importanza kbira ghaliex minnu johorgu l-elite athletes ta’ ghada. Iz-zghazagh dejjem jibqghu important hafna ghalina. Is-sena li ghaddiet morna Crystal Palace u gibna rizultati tajbin. Morna wkoll b’tim Brno kif saret it-tradizjoni taghna, anke’ jekk fil-verita qed nippruvaw insibu kompetizzjoni ahjar.”

U hija dik it-tfittxija kontinwa ghat-titjib li qed tissarraf fis-successi fl-atletika, jghidu x’jghidu l-unuri moghtija.

Din l-intervista dehret fil-harga ta' Dicembru tar-rivista Sportiv / This interview was published in the December issue of the magazine Sportiv.

0 comments:

Post a Comment

 
Copyright 2010 Paul Grech: Writer