Fil-quccata ta’ dawk l-isport li jiksbu xi ftit tan-notorjeta kull erba’ snin matul l-Olimpijadi izda li mbaghad kullhadd jinsa dwarhom hem mil-weightlifting. Ghalkemm dan l-isport mhux nieqes mid-drama u kostantament jisforza l-atleti biex jeghlbu l-limiti taghhom, xorta mhux xi wiehed spettakolari u ghalhekk jonqos milli jigbed l-attenzjoni jekk ma’ jkunx hemm midalja Olimpika fin-nofs.
“Fejn tidhol il-partecipazzjoni, dak tal-Weightlifting mhux sport popolari gewwa Malta,” jammetti l-President tal-Malta Weightlifting Federation David Saliba. “Anke’ jekk hawn numru mhux hazin ta’ nies li jsegwu dan l-isport. Dan minkejja li huwa limitat ghal zewg avvenimenti ta’ kobor internazzjonali jigifieri l-Kampjonati Ewropej li jsiru f’April u dawk Mondjali li jsiru kull sena f’Novembru.”
“F’Malta huma tnejn ic-centri li fihom jigi prattikat il-weightlifting. Hemm il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera kif ukoll fl-MCAST gewwa n-Naxxar. Pero’ huwa fil-pjan taghna li nifthu zewg centri wiehed fit-tramuntana tal-gzira u l-iehor gewwa Ghawdex.”
Il-holma hi li malli dan isehh tkompli tinfirex il-popolarita’ ta’ dan l-isport. Tama li hija wkoll ir-raguni wara l-organizazzjoni tal- European Small Nations Tournament li se jsir f’Malta fi tmiem din il-gimgha,
“Qed nippruvaw nesponu generazzjoni gdida ta’ reffiegha ghax-xena nternazzjonali,” kienet il-konferma ta’ Saliba. “Wara li ri-organizzajna l-mod li bih noperaw, il-Malta Weightlifting Federation issa qed ikolla tiffacja sfidi li gejjin min kull direzzjoni jigifieri: facilitajiet, kuntatti nternazzjonali u grupp ta’ atleti zghazagh li huma herqana li jtejbu r-rizultati taghhom”
“l-iSmall Nations Tournament huwa mahsub biex ikun l-ewwel pass fit-triq tal-partecipazzjoni nternazzjonali ghal kull reffiegh. Peress li qeghdin fil-Mediterran, Malta hija mdawwra b’uhud mil l-iktar pajjizi b’sahhithom tal-Weightlifting. Genwinament nemmnu li jekk naghtu l-opportunitajiet lil l-atleti taghna, dawn kapaci jilhqu l-livell mehtieg biex jikkompetu posittivament fil-qasam internazzjonali.”
F’din l-edizjoni se jkun hemm disa’ pajjizi – l-Lussemburgu, Monaco, San Marino, Cipru, Malta, l-Irlanda, Wales, Saarland u l-iSkozja – li b’kollox se jfissru hamsa u sittin partecipant bejn atleti u ufficjali.
“F’dawn l-ahhar tletin sena organizajna din il-kompetizzjoni hames darbiet. Jkolli nammetti li dik ta’ din id-darba huwa l-izghar numru ta’ pajjizi li rnexxielna nigbdu izda meta tqis is-sitwazzjoni finanzjarja nternazzjonali, ahna ninsghabu sodisfatti.”
L-istess bhal ma huma sodisfatti b’dak li sar s’issa anke’ jekk herqana li jkomplu jikbru u jitjiebu.
“Qed naghmlu hafna xoghol biex nistabilixxu iktar centri madwar il-gzira. Ghalkemm konxji mil l-imitazzjonijiet taghna u n-natura ta’ l-isport, ahna kunfidenti li n-numru ta’ partecipanti se jizdied.”
“l-isport tal-weightlifting irid ikun strettament supevizjonizzat specjalment fil-bidu hekk kif l-atleta jkun qed jitghallem it-teknika ta’ l-irfiegh. Prezentament ghandna tlett ghalliema kwalifikati biex jaghmlu dan. L-ghan taghna huwa li nzidu fuq dan in-numru billi nheggu reffiegha veterani biex jibdew jikkowcjaw u eventwalment jsiru ghalliema.”
“L-amministrazzjoni prezenti qed tohloq l-ambjent idejali biex isir dan kollu. Irid jghaddi z-zmien qabel ma’ nhkunu nistghu naraw il-frott ta’ din l-istrategija imma ahna ottimisti li eventwalment dan se jsir.”
Dan l-artiklu deher fil-harga tas-Sibt, 2 ta' Mejju, tal-GENSillum - This article appeared on the issue of IL-GENSillum of the 2nd of May.
0 comments:
Post a Comment