
Xharejn ilu, wara t-Tour ta’ Malta tac-ciklizmu, bdejt nitkellem ma’ xi dilettanti ta’ dan l-isport
barranin li qaluli li l-ikbar problema taghna kienet il-bosta karozzi li kien hawn fit-toroq taghna li, flimkien ma’ l-istat ta’ l-istess toroq, kien jaghmel ic-ciklizmu sport difficli biex ikun prattikat. Hmistax wara ltqajt ma’ John Zammit, president tal-Federazzjoni lokali tac-ciklizmu, li wkoll qalli li t-traffiku kien l-ikbar deterrent ta’ dan l-isport.
Dan il-kliem rega’ gie f’mohhi l-gimgha li ghaddiet meta smajt bl-ahbar tal-mewt ta’ Cliff Micallef. Minghajr ma’ nidhol fil-merti partikolari ta’ dan l-incident, kull min huwa midhla tac-ciklizmu kif ukoll tal-giri fit-toroq ilu jistenna li jigri xi haga simili tant hi mwerha s-sitwazzjoni. Sfortunatament, kif spiss jigri f’pajjizna, kellu jkun incident tragiku biex pogga din il-problema fl-attenzjoni generali.
U l-problema f’dan il-kaz hija n-nuqqas ta’ edukazzjoni li tezisti fost is-sewwieqa. Ghal hafna c-ciklisti u atleti, kull girja barra hija akkumpanjata mil-biza li jiltaqghu ma’ xi sewwieqa li jew mghaggla wisq biex jatuhom importanza jew inkella, aghar min hekk, li jaraw lil dawn l-istess ciklisti bhal l-mira biex minghalihom juru s-sahha taghhom.
Ghaliex, filwaqt li incidenti serji bhal dak tal-gimgha l-ohra huma rari, huma hafna izjed dawk l-okkazjonijiet fejn atleta jkun involut intortament f’xi incident mhux daqshekk gravi u li ghalhekk ma’ jkunux rappurtati. Matul is-snin smajt wisq stejjer ta’ sewwieqa li hebbew ghal xi atleta purament ghaliex hassewhom frustrati peress li xi triq giet maghluqa minhabba tellieqa jew inkella missew xi ciklista bil-karozza taghhom halli jaraw ir-reazzjoni tieghu.
Hija sitwazzjoni sintomatika tal-kultura Maltija fejn id-dixxiplina hija nieqsa u kulhad jemmen li l-mod li bih jahseb hu huwa tajjeb u ghallahares xi hadd jindahallu. Dan sakemm ma’ jwegga bis-serjeta xi hadd jew inkella, aghar min hekk, ikun hemm xi mewt kif gara din id-darba.
Xorta wahda, s-sigurta ta’ l-atleti u c-ciklisti ma jidirx li se tinghata xi prijorita. Dan ghaliex il-mentalita’ tidher li hi li la huma jiehdu r-riskji li johorgu jigru fit-toroq mela ghandhom ikunu kapaci jiffacjaw il-konsegwenzi.
M’ghandux ikun hekk, anzi t-tama hi li wara dak li gara lil Cliff issir xi haga biex titjieb is-sitwazzjoni. L-minimu ghandu jkun li jkun hemm kampanja edukattiva biex is-sewwieqa jitghalmu jirrispettaw lil dawk li l-isport favorit taghhom jiprattikawh fit-toroq (u fl-istess hin jkunu edukati wkoll dawk il-ftit atleti li jahsbu li t-toroq huma taghhom). Ghaliex jekk matul is-snin il-poplu Malti tghallem jilbes is-seat-belt u jixghel id-dawl taht il-mini mela allura xi ftit tat-tama hemm li s-sitwazzjoni tista titjieb.
Imma jekk ha nittamaw b’mod esklussiv fuq xi kampanja edukattiva mela probabilment se ndumu nistennew. Ir-realta hi li ghal l-atleti biex verament jkunu siguri mela l-uniku alternattiva hi li huma jmorru f’xi wahda mit-treks li hawn Malta halli jiprattikaw l-isport taghhom. Mill-bqija huma qatt mhu se jkollhom garanzija li mhux se jkollhom xi incident.
Is-sitwazzjoni hija iktar sfortunata ghac-ciklisti ghaliex dawn m’ghandhomx post sigur fejn huma jtellqu. Hawn jtella rasu argument iehor li kien semmieli Zammit, dak dwar il-htiega li f’Malta jkun hawn trek indoor tac-ciklizmu.
Meta kien qalli dwar dan il-bzonn, nammetti li kont hsibt li ftit hemm bzonn ta’ xi haga simili. Llum nahsibha b’mod differenti. Bhal ma’ l-karozzi keccew lit-tfal milli jilghabu fit-toroq, mela issa jmiss lil kull min jiprattika l-isport tieghu hemm. Li c-ciklisti jkollhom l-opportunita li jaghmlu hekk jidher li huwa l-pass naturali li jmiss.
Dan l-artiklu deher fil-harga tas-Sibt, 8 t'Awwissu tal-GENSillum - This article appeared in IL-GENSillum of Saturday 8th August
1 comments:
nixtieq nirrimarcka pero' li indoor cycling huwa sport kompletament distint minn road cycling kif jigi pprattikat malta.
Post a Comment