You Are Reading

0

[Rugby League] Mill-Holm Ghar-Realta

Paul Grech Sunday, March 7, 2010 , ,
Meta fl-2005 tim mimli plejers Awstraljani ta’ dixxendenza Maltija ghamel mawra f’pajjizna bil-hsieb li dawn jintroducu r-rugby league, l-pjanijiet taghhom kienu jidru pjuttost ambizjuzi. Minkejja l-popolarita’ li r-rugby kien irnexxielu jikseb permezz ta’ sensiela ta’ rizultati eccellenti ghat-tim nazzjonali, il-fatt kien li ftit kienu dawk konxji li madwar id-dinja kien hawn zewg kodici tar-rugby.

Il-qasma fid-dinja tar-rugby kienet saret l-fuq min mitt sena qabel fejn fil-qofol ta’ kollox kien hemm il-flus. Dawk li riedu li l-plejers jithallsu adottaw ir-regoli maghrufa bhala tal-league filwaqt li dawk determinati li jzommu r-ruh dilattenteska tal-loghba baqghu jilghabu l-forma tar-rugby li saret maghrufa bhala l-union.

Kienet din ta’ l-ahhar li nfirxet madwar id-dinja filwaqt li dik tar-rugby league baqghet konfinata ghal certu partijiet ta’ l-Ingilterra, l-Awstralja u n-New Zealand. F’Malta wkoll, qabel l-2005, ir-rugby league qatt ma kien dahal fix-xena bil-union ikun dak li jikseb l-attenzjoni.

Dik il-mawra, pero’, serviet biex tinzera z-zerriegha ta’ nteress f’din il-forma ta’ rugby b’regolamenti ftit differenti – per ezempju, fil-league hemm tlettax-il plejer filwaqt li fil-union ikun hemm hmistax – imma li hija iktar miftuha u propensa ghal l-attakk.

Wiehed fost dawk li ngibdu lejn din il-forma tar-rugby kien Roderick Attard. "L-ewwel darba li kont rajt ir-rugby league kien fit-2005 meta gew il-Malta Knights,”huwa jirrakkonta. “Kont rajt li hi loghba veloci u ghogbitni imma billi kont ghadn nibda fir-rugby ma' kont ghamilt xejn iktar milli narhom jilghabu."

L-interess u r-rieda li jipprova din il-loghba, pero’ baqgha hemm. "Regghu gew sentejn wara, kellna loghba kontra l-British Defence Forces fejn provdewlna anke' xi kowcing,” huwa jkompli. “Kien hemm plejers tajbin hafna u dak ikkonvincini nipprova. Lghabt dik il-loghba, zammejt il-kuntatt u dejjem bqajt ninvolvi ruhi fil-loghob tar-rugby league. Il-fatt li fih iktar tackles oghgobni, l-istess bhal fatt li trid titrenja seww biex tkun tista' tilghab."

L-istorja ta’ Attard, pero’, mhix sempliciment wahda ta’ bniedem li oghgbitu din il-forma differenti tar-rugby imma dik ta’ wiehed li grazzi ghal dak l-interess inizjali nfethitlu dinja mimlija opporunitajiet. Ghaliex ghad-disa xhur li gejjin huwa se jkun qed jilghab b’mod professjonali ghat-tim tar-Rugby League tal-Gateshead Thunder

"Dejjem kont nohlomha," hija r-risposta kemmxejn ovvja ghall-mistoqsija dwar is-sensazzjoniji tieghu ghal dan l-izvilupp. "Hija l-holma ta' kull atleta Malti li tkun tista' tiprattika l-isport tieghek b'mod professjonali. Sena ilu r-rizoluzzjoni tieghi kienet li nikseb post fit-timijiet nazzjonali kemm tar-rugby league kif ukoll tar-rugby union. Fir-rugby union ma' rnexxielix nilhaq dak il-ghan imma mbaghad irnexxieli nikseb dan il-kuntratt."

Mhux hazin ghal plejer li sa sitt snin ilu lanqas kien jaf x'inhu r-rugby. "Kont ilhi nieqes mil l-isport ta' tim xi sentejn," huwa jirrakkonta dwar l-introduzjoni tieghu ghal dan l-isport. "Kont sejjer ftit hazin fl-iskola u missieri kien issugerieli li nieqaf mil-futbol biex inkun nista' niffoka iktar. Ftit wara kont bdejt niehu sehem fir-regatta pero' dik kienet ta' darbtejn fis-sena u jien ridt xi haga iktar kontinwa."

"Kien dak iz-zmien li habib tieghi, Daniel Azzopardi, beda jghidli dwar il-loghba tar-rugby u kemm kienu jiehdu gost minkejja t-trejning iebes li kienu jaghmlu."

"Fil-verita ma kellix ideja dwar ir-rugby. Kont naf li l-ballun huwa differenti u li kien contact sport imma mill-bqija ma' kellix ideja."

Dan kien sitt snin ilu u matul dan il-perjodu Attard zviluppa fi plejer ghatxan li jitghallem dejjem iktar dwar il-loghba tieghu u kienet din il-kilba li jsir jaf iktar li waslitu biex jipprova r-rugby league. Min dik il-prova eventwalment waslet l-opportunita' li hu jmur jilghab ma' klabb Ingliz. "L-ewwel kuntatt kien meta gie Malta tim kompost mill-Gateshead Under 17 u plejers mil l-iScotland U17. Maghhom kien hemm wiehed mill-kowcis ta' Gateshead Thunder li kellu l-opportunita' jarani nitharreg u kien hemm li nnutani.”

“Wara kellna loghba kontra Bamber Bridge fejn laghab mat-tim Malti plejer, Chris Parker, li huwa tal-Gateshead Thunder u l-interess kompla jikber min hemm. Kien hemm ukoll Anthony Micallef, ir-raprezentant tal-Malta Rugby League li ghen hafna."

Qabel dan setgha jsehh pero' huwa kellu jmur ghal perjodu ta' prova fejn, taht ghajnejn grupp ta' kowcis huwa kellu juri x'kapaci jaghmel. "Il-kowc kien jaf li jien rugby union plejer u ssetjajt f'mohhi fuq il-bazici tal-posizjoni tieghi. Gheni hafna Chris Parker min qabel fejn qalli x'jippretendu minni bhala half back. Rajt hafna DVDs biex nifehm ezatt xi jrid jaghmel hafla back u meta mort hemmhekk ghidt li rrid naghmel dawn l-affarijiet. Konnha 40 triallist fuq weeekend. Kellna gurnata fejn ghamilna ftit drills. Kullhadd kellu jilghab zewg loghbiet fuq 30 minuta imma jien laghabt tlieta. Wara ra' l-video session u qalli li kollox sew."

"Jien kont qed nistenna li jghidli hekk imma kif qalli xorta hadt hafna gost. Imbaghad bdejt nahseb kif se nghid lil tal-familja, fuq l-affarijiet amministrattivi li rrid niehu hsieb. Imma hassejtni ferhan."

Il-bniedem li ha dik id-decizjoni kien Chris Hood, il-maniger tal-klabb min vicin Newcastle. “M’hemmx dubju li huwa ghandu hafna fuq x’hiex jahdem imma huwa ghandu t-talent,” huwa jghid fuq Attard. “Id-difiza tieghu hija tajba, l-forma fizika hija tajba wkoll imma rridu nahdmu fuq l-attakk tieghu. Ghandu certu kapacitajiet u huwa fuq dawk li rridu niffukaw.”

L-fatt innifsu li huwa inghata din l-opportunita hija ahbar kbira ghal-loghba tar-rugby league gewwa pajjizna. “Hija ahbar fantastika,” jghid Anthony Micallef, ir-raprezentant tal-Malta Rugby League. “Roderick huwa plejer lokali u ghalhekk plejes ohra jisghu jharsu lejh u jahsbu ‘la rnexxielu hu, jista’ jirnexxieli jien ukoll.”

“Jien cert li hawn plejers li huma tajbin bizzejjed biex jaghmlu pass simili imma li forsi s’issa ma’ kienux jahsbu li hemm din il-possibilta. Permezz ta’ Roderick se jibdew jemmnu iktar.”

“Ir-rugby league f’Malta qed jaghmel hafna progress,” huwa jkompli. “Issa stabilejna kampjonat u dan qed jghin ikabbar l-interess ghaliex ir-rugby league qed tintlghab f’Malta fuq bazi regolari, u mhux darba kull sentejn. In-numru ta’ plejers li jafu din il-loghba qed jikber u dan jghin ukoll lit-tim nazzjonali li huwa ffurmat primarjament min plejers lokali.”

L-ghan hawn huwa li t-tim Malti jikwalifika ghat-Tazza tad-Dinja u fost dawk li ndubjament se jkunu nvoluti hemm Roderick Attard. Dak, pero’ qieghed fil-futur ghaliex ghal issa l-attenzjoni tieghu hija ffukata esklussivament fuq il-Gateshead Thunder fejn issa jibda l-iebes ghaliex irid jiggustifika l-ghazla tieghu u fl-istess hin jeghleb numru ta' sfidi godda. "It-temp zgurli ha jkun sfida. Li ha nkun wahdi, ma ddejjaqnix hafna anke jekk naseb li mhu xe jkun facli li nkun il-bod mill-familja u t-tfajla."

Dan pero' mhux qed itappan il-holm tieghi. "Short term qed nistenna li nkun wiehed mit-tlettax ta' l-ewwel tim. Irrid nitla hemm, nitrenja sew u nkun fil-first team. Fit-tul irrid nipprova li r-rugby jkun xoghli u iktar il-quddiem li nigi u nkun plejer ahjar u naghti ftit lura lir-rugby.”

Dan l-artiklu deher fil-harga ta' Frar 2010 tar-rivista ta' kull xhar, Sportiv.

0 comments:

Post a Comment

 
Copyright 2010 Paul Grech: Writer