F'socjetà fejn is-success huwa kollox, mhux daqshekk komuni li ssib lil xi hadd lest jissagrifika dan ghall-beneficcju tal-gid komuni, wisq inqas klabb shih. Imma hija dik l-attitudni adottata mis-St Patrick's AC. Fil-quccata tal-ghanijiet tal-klabb hemm il-hsieb li l-isport huwa stil ta' hajja li jwassal ghal socjetà iktar attiva u, b'rizultat ta' dan, iktar b'sahhitha. Il-klabb mhux qieghed hemm sempliciment biex jara l-atleti tieghu jirbhu t-tlielaq – minkejja li huwa accettat li importanti li dan ukoll isir – imma wkoll biex jigbed lin-nies lejn l-isport, irrispettivament mill-kapacitajiet taghhom. Hija din il-filosofija li ghenithom jikbru fl-iktar klabb li ghandu atleti li jikkompetu taht ismu.
Tradizzjonalment, u kif jixhed l-isem tal-klabb, l-attività primarja kienet dik tal-atletika. Izda meta klabb jibda jikber, mieghu tizdied ukoll il-herqa li jkun hemm esperjenzi u sfidi godda. Kienet din il-herqa li wasslet ghat-twaqqif ta' sezzjoni ghac-ciklizmu f'nofs is-sena li ghaddiet. Mawra bir-rota fi Sqallija mmarkat l-ewwel attività ta' din is-sezzjoni, kif ukoll l-ewwel success taghha, hekk kif in-numru ta' partecipanti kien iktar minn darbtejn dak li originarjament kien mahsub.
U kien dan is-success li heggeg biex titwaqqaf ukoll sezzjoni li se tkun qed tiehu hsieb it-triathlon.
“Ilu jkollna domandi biex norganizzaw sezzjoni tat-triathlon fi hdan is-Saint Patrick's Athletic Club,” spjega Antoine Attard, President tal-istess klabb.
“Ghandna numru ta' membri fil-klabb li huma tri-atleti ta' certa reputazzjoni u success, fosthom Danica Bonello Spiteri, George Vella u Michael Gellel. Jigifieri t-triathlon kien estensjoni naturali ghalina hekk kif qed nespandu s-servizzi taghna biex inkunu nistghu nappoggjaw lil dawk li huma avventuruzi u qed ifittxu sfidi godda.”
“L-gharfien li stil ta' hajja sportiv jaghmel sens qieghed jikber,” huwa kompla. “Minkejja r-rizorsi limitati taghna se naghmlu dak kollu li nistghu biex nibnu struttura organizzata halli ninkoraggixxu lil dawk li jridu jadottaw stil ta' hajja simili. Ghall-bidu se naghtu servizzi bazici bhalma huma struzzjonijiet u post fejn sessjonijiet ta' informazzjoni jkunu jistghu jsiru. Imbaghad naraw kif nistghu nkomplu nikbru.”
Is-sezzjoni se tkun immexxija minn Cyprian Dalli, is-Segretarju tal-klabb, li ricentement beda jikkompeti wkoll fit-triathlon. Huwa hu l-mutur biex minn idea, is-sezzjoni tat-triathlon inghatat il-hajja.
“L-ghan ewlieni jimxi id f'id mal-missjoni ewlenija tas-St Patrick's AC, li hija dik li tippromwovi stil ta' hajja attiva permezz tal-isport,” huwa jghidilna, eku ta' dak li qal separatament il-President tal-klabb.
“L-attività taghna se tkun iffukata fuq zewg aspetti: dik li ninkoraggixxu atleti jippruvaw it-triathlon, specjalment f'dawk ix-xhur li fihom il-giri fit-tul ikun wieqaf, u li nheggu triatleti li s'issa m'ghandhomx klabb biex jinghaqdu maghna.”
“Il-membri tas-St Patrick's AC li digà qed jikkompetu fit-triathlon kienu entuzjasti hafna b'din l-idea. Fl-istess hin, dawk li s'issa jiffukaw biss fil-giri wkoll qed juru hafna interess fil-possibilità li jippruvaw it-triathlon fix-xhur li gejjin.”
Din l-inizjattiva sabet ukoll l-appogg tal-Malta Triathlon Association, kif ikkonferma l-President Manuel Azzopardi.
“Hija ahbar eccitanti hafna ghalina li wiehed mill-klabbs tal-giri ewlenin f'Malta ghazel li jwaqqaf sezzjoni tat-triathlon. L-MTA tqis dan bhala pass importanti ’l quddiem fl-inizjattivi taghha biex jingibdu iktar atleti lejn it-triathlon. L-isport tat-triathlon ma 'jisraqx' l-atleti lil sport ohra imma jsahhah fihom id-determinazzjoni favur l-isport b'mod generali. Il-fatt li atleta jiddeciedi li jipprova triathlon ma jfissirx li huwa jkun se jieqaf minn sport iehor. Anki jekk jiddeciedi li jiehu t-triathlon b'mod serju, il-probabbiltà hi li huwa mhux se jkun irid jieqaf jigri jew jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet tac-ciklizmu. Jiena nqis it-triathlon bhala shab ta' sport iehor, iktar milli rivali.”
Azzopardi stqarr li l-assocjazzjoni hija lesta taghmel dak kollu possibbli biex tghin lil din is-sezzjoni.
“Ahna se noffru l-gwida biex titwaqqaf din is-sezzjoni. Nistghu nassistu fl-organizzazzjoni ta' kompetizzjoni tat-triathlon li l-klabb jista’ jaghzel li jtella’, u nistghu nghinu biex il-klabb jircievi l-assistenza kollha li jkollu bzonn. Certament li se nestendu l-kuntatti kollha li ghandna biex naraw li din is-sezzjoni ssib saqajha kemm jista' jkun malajr.”
Azzopardi huwa onest bizzejjed li jammetti li l-MTA hadet gost b'din l-inizjattiva mhux sempliciment ghax kiber in-numru ta' klabbs, imma wkoll ghaliex tista' tisfrutta, f'sens pozittiv, il-klabb ta' St Patrick's AC.
“Min-naha taghna, nisperaw li nibbenefikaw minn din is-sezzjoni wkoll permezz ta' postijiet fejn jistghu jiltaqghu l-atleti, ohrajn fejn jistghu jitharrgu, rizorsi umani u apparat. Is-sezzjoni se tkun ta' beneficcju ghaz-zewg nahat.”
“Il-possibilitajiet huma attraenti hafna. Bhalissa ghandna klabb wiehed biss, B'Kara St Joseph Sports Club, u s'issa l-atleti li riedu jiehdu sehem fit-Triathlon jew kienu jissiehbu ma' dan il-klabb jew inkella direttament mal-MTA. Issa se jkollhom alternattiva u dan se jfisser bidla shiha fil-mentalità. Anki affarijiet zghar, bhalma huma r-rapporti mit-tlielaq, se jkunu jinkludu t-tim li minnu gej l-atleta, u dan se jwassal ghal rivalità b'sahhitha li minnha jibbenefika kemm l-atleta kif ukoll l-isport.”
Ghalkemm Cyprian Dalli jishaq li “ghadu kmieni wisq biex din is-sezzjoni tibda tahseb halli torganizza t-tlielaq”, Manuel Azzopardi huwa kunfidenti li eventwalment dan se jsehh.
“Nahseb li se jasal punt fejn il-klabb jigi inkoraggit mill-atleti tieghu biex jorganizza xi tellieqa. Dan ifisser li l-klabb jibda jinvesti fl-apparat li huwa mehtieg ghal dawn it-tlielaq, li facilment jistghu jkunu inkluzi fil-kampjonati nazzjonali.”
“Fuq kollox, klabb gdid ifisser ukoll ideat godda.”
Dan l-artiklu deher fil-harga ta' l-20 ta' Marzu 2010 ta' l-GENSillum online.
You Are Reading
Where I Write
Categories
Anfield Island
Art
Athletics
Award
Blueprint for Football
Books
Brazil
Calcio
Canoe
Coaching
Culture
Cultured Football
cycling
Eleven magazine
Featured Articles
Field
Five Questions for Cultured Football
Football
Football Pink
Footy Analyst
General
General Sport
GENSillum
Growing Up in Malta
Il Re Calcio
In Bed With Maradona
Inside Left
Interview
Ironman
Italy
Juventus
Late Tackle
Liverpool
Magazine
Malta
Masters Athletics
Merlin Publishers
Music
Olympiad
Olympics
Opinion
Parenting
Paul Grech
Pool
public relations
Recognition
Review
Rugby
Runaway Travel
Skylife
Snapshots of Malta
Snooker
social media
Spiel Magazine
Sportiv
Sports Book Chat
Sports Book Chat; Swinging Balls
Sunday Circle
Swimming
Swinging Balls
The Botafogo Star
The Gentleman Ultra
The Tomkins Times
Times of Malta
Torino
Travel writing
Triathlon
Twitter
TwoHundredPercent
Wales
Weightlifting
Well Red
When Saturday Comes
Writing
Writing for Charity
Youth Football
0 comments:
Post a Comment