You Are Reading

0

Balzan Ikompli Jiddomina l-Birzebbugia 10K

Paul Grech Monday, August 1, 2011 , ,
Jonathan Balzan u  Marisa Muscat zguraw li kienet se tkun gurnata felici ghas-St. Patrick's AC hekk kif huma rebhu s-sezzjonijiet maskili u femminili rispettivament fit-tellieqa ta’ 10 kilometri li l-istess klabb jorganizza gewwa Birzebbugia.

Balzan beda t-tellieqa bhala l-favorit specjalment ghaliex huwa kien ghadu kif kiser l-ahjar hin personali tieghu fuq id-distanza ta’ 5 kilometri matul il-European League Championships Third League li saru gewwa l-Izlanda, u huwa ggustifika l-aspetattivi hekk kif dahal fl-ewwel post b’certu facilita f’dik li kienet is-seba’ rebha personali tieghu matul din it-tellieqa tas-sajf.

Inevitabilment, huwa kien ferhan hafna b’dan ir-rizultat.  “Li tirbha tellieqa diga huwa rizultat kbir, li tirbaha ghal numru rekord u tkun taf li r-rekord ta’ l-ahjar hin fuq ir-rotta huwa tieghek huwa sahansitra ahjar u nevitabilment jaghmlu din wahda mit-tlielaq favoriti tieghi.  Il-mertu ta’ dan imur ukoll ghand il-kowc Roger Zammit li jaghmel hafna xoghol mieghi.”

Rigward it-tellieqa nnifixa, huwa kkonferma li t-taqtiha dejjem kienet bejnu u bejn Jason martin.  "Jason u jien bdejna flimkien, relattivament veloci qabel ma’ t-telghat li hemm f’din ir-rotta bdew ihallu l-marka taghhom. Wara r-raba kilometre hrigt ftit u meta rajt li mhux qed jirrispondi zidt il-pass.”

"Ir-rizultat mhux l-ahjar tieghi fuq din ir-rotta.  Imma rebha hija rebha u ridt naghlaq l-istagun fuq nota oghlja wara l-personal best fil-5000  metru li ghamilt fl-Izlanda.  Stajt forsi mbuttajt lili nnifsi imma t-tahrig kien iffukat fuq il-5 kilometri u dan hareg matul it-tellieqa.  Minkejja kollox, ir-rekord ta’ din it-tellieqa ghadu teighi u r-rotta hija mimlija gholjiet. "

L-atleta tal-Mellieha AC Jason Martin spicca t-tellieqa f’hin ta’ 35:10 li kien bizzejjed biex jeghleb lil Aaron Mifsud ta’ Pembroke Athleta.

Ta’ 32 sena, Mifsud huwa wiehed mil l-izghar fost dawk l-atleti li spiccaw min ta’ quddiem.  "Ili nigri sa min meta kont student gewwa De la Salle,” huwa qal wara t-tellieqa.  “Dak iz-zmien kont wiehed mil l-ahjar atleti fl-eta’ tieghi. Pero’ mbaghad waqaft kompletament ghal hmistax-il sena.  Bdejt nigri b’certu serjeta biss f’Gunju  ta’ din is-sena.  Immedjatament dan kellu mpatt fuq il-prestazzjonijiet u r-rizultati li qed nikseb.  Qed nitharreg taht il-kowc Drew Lan u dan kien fattur importanti ghaliex nissell fija certu dixxiplina u determinazzjoni li qabel ma’ kellix.”

"F’perjodu ta’ sitt gimghat irnexxieli ntejjeb il-hinijiet tieghi fil-hames kilometri u l-ghaxar kilometri b’iktar min minuta kull wiehed.  Tahrig tajjeb jaghtik ir-rizultati lit kun trid.  Huwa veru li relattivament jien zghir, imma kien jghin hafna li kieku bdejt nitharreg b’dan il-mod iktar kmieni. "

It-tahrig li qed jaghmel, pero’, qed ihalli l-frott tieghu b’sensiela ta’ rizultati tajbin.  “Definitivament, jien kuntent hafna bir-rizultat.  Apparti li rnexieli nigi ma’ l-ewwel tlieta, tejjibt il-hin tieghi fuq id-distanza ta’ ghaxar kilometri b’iktar min tletin sekonda ghat-tieni darba f’xhar.  U r-rotta tal-Birzebbugia 10k certament li mhux fost il-facli.  Pero’ grazzi ghal l-intensita tat-tahrig tieghi, kont kunfidenti f’rizultat tajjeb.”

Ghal Marisa Muscat, ir-rebha taghha fis-sezzjoni tan-nisa qatt ma kienet f’dubju hekk kif hi ghamlet ir-rotta f’hin ta’ 43:28, iktar min sitt minuti qabel it-tieni atleta, Sarah Meli.  Caroline Ciappara ta’ Mellieha AC dahlet fit-tielet post.

It-tellieqa ta’ din is-sena kienu sponsorjati mill-Malta International Challenge Marathon, Hilly Clothing, Nestle Fitness, Ronhill, Ray Sun products, The Fitness Corner u Isostar.

Rizultati tal-Hilly Clothing Birzebbugia 10K
Rgiel
Jonathan Balzan (St. Patrick's AC) 33:42
Jason Martin (Mellieha AC) 35:10
Aaron Mifsud (Pembroke Athleta) 35:42
Matthew Cutajar (St. Patrick's AC) 36:46
Antoine Abela (St. Patrick's AC) 36:47

Nisa
Marisa Muscat (St. Patrick's AC) 43:28
Sarah Meli (Not Attached) 49:55
Caroline Ciappare (Mellieha AC) 51:34
Clare Mifsud (Ladies Running Club) 52:09
Annalise Pullicino (St Patrick's AC) 52:42

Article originally appeared on IL-GENSillum of the 23rd July 2011

0 comments:

Post a Comment

 
Copyright 2010 Paul Grech: Writer