Dan ir-rekord eventwalment inkiser min Nicky Farrugia, atleta iehor li kien dedikat lejn dawn it-tip ta' tlielaq filwaqt li xi snin wara hareg ukoll Albert Rizzo (in-neputi ta' Turu) li wkoll kiser xi rekords ta' nannuh, specifikatament dawk l-iktar bniedem li dam jghum. Fl-ahhar qari, ir-rekord ta' l-izghar Rizzo kien jaqra 132 siegha fil-bahar.
Ghal Bartolo dan kien l-iktar pass ricenti f'karriera sportiva twila.
"Qabel kont nilghab il-futbol u naghmel it-triathlon," huwa qal f'intervista mal-GENS. "F'dawn l-ahhar disa snin bdejt naghmel l-open water swimming. Min dejjem hassejtni komdu naghmel distanzi twal u ghal dawn l-ahhar hames snin hadt sehem f'kompetizzjonijiet gewwa l-Awstralja, l-Italja u b'mod partikolari l-Ingilterra ghax hemm hija l-mecca ta' l-open water swimming."
"Il-mira tieghi hija li sentejn ohra se nipprova nghum l-English Channel. Hemmhekk hemm certu kesha u huwa ghalhekk li qed niehu sehem kemm jista' jkun fi tlielaq hemm. Inutli mmur l-Italja fejn il-bahar huwa bhal hawn. Ma tridx tinsa li l-English Channel fis-sajf huwa bhal bahar taghna fix-xitwa. Ghalhekk trid titrenja f'dik il-kesha."
Kien matul wahda min dawn it-tlielaq li nibtet il- possibilta' li jiehu sehem fir-rekord. "Ghamilt l-itwal tlett tlielaq fl-Ingilterra (mhux ir-Renju Unit) fejn dejjem gejt ma l-ewwel sebgha jew tmienja. Meta nkun hemm dejjem naghmel il-kuntatti."
"Kien hemm li ltqajt ma' Dee Llewelynn li hija eks-memru tat-tim nazzjonali iNgliz fuq dawn id-distanzi Hija giet Malta biex titrenja imma qattt ma' qaltli xejn dwar ir-rekord. Imma mbghad x'hin telghu lura l-Ingilterrra ddecidew li jistiednuni nighaqad magghom. Kien hemm membru fit-tim li minhabba ragunijiet ta' xoghol u familja ma' setghax jiddedika daqshekk hin ghal din l-isfida u ghalhekk ghazlu li jistiednu lili biex nehodlu postu."
L-ghan taghhom kien dak li jghelbu r-rekord imaqqaf min group ta' ghawwiema profesjonisti Amerikani u Messikani gewwa Lake Powell.Bid-differenza li dan riedu jaghmluh gewwa pajjizhom stess.
Ghalhekk l-ghazla weqhet fuq Lake Windermere, ghazla li kkomplikatilhom hajjithom. "Il-grupp ta' atleti Amerikani ghamlu r-rekord taghhom gewwa Lake Michigan fejn it-temperatura hija simili ghal dik ta' Malta filwaqt li gewwa Windermere it-Temperatura kienet fer, iktar iesha. Sfortunatament, il-judges tal-FINA jiddeciedu kollox fuq id-distanza li jkunu koprew u mhux fuq il-kundizjonijiet li ahna nkunu qed nghumu fihom."
U l-kundizzjonijiet li kienu qeghdin fihom kienu difficli. "B'Kollox konnha grupp ta' sitta," qal Keith hekk kif huwa beda jiftakar dwar ir-rekord innifsu. "Ghamilna tmenin sieghu nghixu fuq daghjsa fejn kull wiehed kien jghum sieghu u mbaghad jaghmel hamsa nistrieh. Jien b'kollox ghomejt tlettax-il darba u ghamilt bejn l-erbghin u l-hamsa u erbghin kilometru.”
“ Konnha tlieta li ghamilna hekk filwaqt li t-tlieta l-ohra ghamlu distanzi iqsar. Huma kienu iktar slow minnha imma kellhom karatteristici ohra."
"Meta tkun qed tipprova tikser rekord bhal dan irid ikollok grupp ta' atleti bilancjat."
“B’kollox kien hemm crew ta' 25. Inti jkollok roster ta’ judges halli daw ikunu jistgh jikkontrollaw li dak kollu li jkun qed jigri halli jkunu jistghu jikkonfermaw li ghamilna kolllox kif suppost. Kellna min isajrilna. kellna kayaks, dinghy. It-team kollu kien importanti.”
“L-iktar haga difficli kienet il-kesha b’mod partikolari l-Hadd meta kellna maltempata kerha. Lanqas id-dghajsa l-kbira ma' setghet toqghod maghna. Bdejna nibzghu li tigi xi mewga li titfa d-dghajsa fuq min ikun qieghed jghum. Ghalhekk kellna noqghodu fuq id-dinghy.”
“Dak mument kien l-iktar wiehed difficli,” huwa kompla “Il-kesha u l-ghajja tibda taghmel bik u l-ammont ta' energija li tahli f’dawk il-mumenti hija hafna.”
Ipattu ghal dawn il-mumenti diffcli hemm dawk zbiegh. Konnha hemm l-koll f’daqqa u dak ghamel is-success taghna iktar sabih. Il-komunita kollha ta’ l-Open Water Swimming kienet qeghda thares lejna. Min ikun intiz fl-isport taghna jkun kemm hija iebsa l-Lawk Windermere. Huma jistghu japrezzaw dak li ghamilna.”
“Issa f'Ottubru rridu nitilghu l-Ingilterra halli nkunu nistghu nkunu presentati b’certifikat ta’ konferma.”
Barra s-successi individwali, Keith qed jara li bhala sport dak ta’ l-open water swimming “qed jikber. Pero’ irridu ngharfu li ghadu fl-istadji inizjalli tieghu. Birkirkara St Joseph qeghdin naqra attenti x'tip ta' tlielaq jorganizzaw halli ma jnaffrux il-dawk li jkunu urew l-interess.”
“Jaghmlu league ta' xi hames 2km races u jaghmlu wahda ta' 4km u min igib l-inqas hin jirhab it-titlu ta' . Biex tattira l-massa trid taghmel tlielaq. L-ahhar tellieqa kellna l-fuq min 100 kompetitur, inkluz tfal li ghandhom min 14-il sena l-fuq. Trid tiftkar li dan mhux xi sport li jiswa hafna flus.”
“L-uniku tellieqa li jorganizzaw ta’ certu tul hija dik bejn l-Gozo Malta li se ssir fl-20 t’Awwissu. Wara kollox ma tantx hawn min jghum id-distanzi li nghum jien.”
“Pero’ Birkirkara St Joshep qed jahdmu biex jigbdu n-nies u jtuhom l-opportunita’ li jippruvawh.”
Ghalih hemm ukoll miri godda. “Qieghed fl-ahhar xhar ta' preparamenti biex naghmel Lake Zurich. Li naghmel hu li kull sena nara liema huma l-ahjar ghaxar tlielaq halli nkun qed nipprepara ghal wahda mil l-aqwa li hawn.”
“Li trid tiftakar hu li dan trid taghmel 26 kilometru fl-ilma helu u ghalina huwa difficli biex tipprepara ghalih ghliex f’Malta m’ghandniex postijiet simili. Il-mira hi li s-sena ddiehla naghmel ukkoll il-Jersey to Frnce. Eventwalment il-mira tieghi hija dik li naqsam ic-Chanel Ingliz.”
Kollox bl-ghajnuna ta’ dawk ta’ madwaru. “Dan it-tip ta' sport jekk ma jkollokx is-support tal-mara, genituri u extended family ma' taghmel xejn,” huwa jikkonkludi. “Is-sagrificcju li taghmel il-mara, b’mod partikolari, huwa kbir. Jekk tkun taf li l-mara qed tgereger mohhok ma jkunx hemm. Huwa mpossibli taghti l-massimu tieghek f’dak il-kaz.”
Dan l-artiklu deher originarjament fuq IL-GENSillum.
0 comments:
Post a Comment