Paul Grech: Writer

IconA collection of articles, features, photos, projects and thoughts of writer Paul Grech. The aim is to live up to the life goal of interesting and entertaining stories well told.

Il-Valuri Ta’ Sportiva tas-Sena


Matul dawn il-granet, fil-posta tal-gurnalisti sportivi jibdew jaslu l-envelopes li fihom ikun hemm il-polza tal-vota ghal edizjoni ohra ta’ l-iSportivi tas-Sena.  B’hekk ikun inghata bidu ghal process li jwassal ghal l-ghoti ta’ wiehed mil l-aktar unuri ewlenin ta’ l-isport Malti u, ghal dawk li eventwalment ikunu rebbieha, it-twettieq ta’ holma.

Bhal kull unur simili iehor, dak ta’ l-iSportiv tas-Sena huwa meqjus bhala c-coff sabih li jintrabat mal-memorja ta’ xi success miksub min dawk li jkunu qed jircevuh.  Il-valur tieghu jinsghab propju fil-fatt li huwa jkompli jivvalorizza dak is-success li jkun inkiseb.

Izda ma dan l-unur hemm marbuta wkoll responsabilta’, dik li ggib ruhek b’tali mod li tirrifletti l-hatra tieghek bhala l-ahjar sportiv jew sportiva.  Huwa dan il-prezz ta’ l-attenzjoni li tintefa fuq l-individwu mar-rebh.  Mhux xi prezz oghli, imma xorta wahda wiehed li mportanti li jithallas.

Propju dan ppruvat taghmel matul dawn it-tnax-il xhar Danica Spiteri.  Maghzula bhala l-iSportiva tas-Sena lejn tmiem Jannar li ghadda, hija mil l-ewwel kienet konxja tal-piz partikolari li dak il-mant kien igib mieghu.

“Kemm ilni involuta fis-xena tal-isport, dejjem harist lejn l-isportivi tas-sena b’certu ammirazzjoni u li dawn l-isportivi ghandhom jkunu ta’ unur ghall-pajjizna kif ukoll ambaxxaturi tal-isport f’Malta.”

“Allura, il-fatt li f’2011 jien kont onorata b’dan it-titolu, fl-opinjoni tieghi tant preztiguz, ridt li nkun persuna ta ezempju lil kulhadd. Ippruvajt li intejjeb ir-rizultati li nikseb fil-kompetizzjonijiet f’Malta, kif ukoll barra minn xtutna.”

“Ridt inkun mudell ghat-tfal, u nghaddi messagg li l-edukazzjoni u l-isport jmorru id f’id. Dejjem accettajt meta kelli xi talba minn xi tfal tal-iskola, li jixtiequ jaghmlu xi progett tal-isport dwari u dwar li-sport tieghi. Niehu gost niltaqa personalment ma dawn it-tfal, peress li naf li jkollhom certu ammirazzjoni lejja.”

Huwa attagjament responsabli, mhux biss lejn l-unur li hija nghatat imma wkoll lejn l-isport taghha.  Ghaliex sieheb fis-success ta’ kwalunkwe atleta hemm ukoll l-isport li fih ikun qed jikkompeti.  Meta n-nies iharsu lejn Danica Spiteri Bonello ma’ jarawx biss l-iSportiva tas-Sena imma jaraw it-tri-atleta li ntaghzlet bhala l-iSportiva tas-Sena.

“It-triathlon ibbenefika minn dan l-unur specjalment ghax kien iktar espost ghan-nies,  u saru jafu iktar fid-dettal x’inhu l-isport tat-triathlon,” hija tirrifletti. “In-nies qed jirrealizzaw li t-triathlon mhuwiex sport li hu mpossibli biex tiehu sehem, allura qed jattira numru sostanzjali ta’ nies, iktar minn qatt qabel.”

“Fil-fatt, fl-ahhar kampjonat nazzjonali ta’ din is-sena kien hemm, ghall-ewwel darba, l-fuq minn mitt atleta jiehu sehem. Dan jawgura tajjeb ghall-isport li hu tant ghall-qalbi.”

Familja Ikbar
L-imhabba ta’ Spiteri Bonello lejn l-isport taghha, wiehed li ilha tiehu sehem fih ghal sbatax-il sena, hija profonda.  Mhux ta’ b’xejn li hija tiddiskrevi l-komunita’ tat-triathlon bhala “familja”.

”Dak li jghogobni fit-triathlon f’Malta,” hija tispjega b’entuzjazmu. “Is-sens ta’ familja u hbiberija li hemm, u dawn il-fatturi qed jattiraw hafna nies godda, kif ukoll qed jzommuhom fl-isport. Ix-xena tat-triathlon f’Malta hija b’sahhitha ukoll, peress li n-numru ta’ nies jikkompetu dejjem qed jikber iktar ma jghaddi z-zmien.”

Naturali, ghalhekk, li hija tixtieq tara l-familja tikber haga li generalment tfisser iktar tfal.  Izda din hija kemmxejn problematika.  “Nies jiehdu sehem qed jizdiedu, izda problema wahda hemm: nuqqas ta’ tfal f’dan l-isport. It-tfal kollha jiehdu gost jghumu, jigru u jsuqu r-rota, igifieri l-problema m’hijiex hemm.”

“Nixtieq li jsiru iktar tlielaq apposta ghat-tfal, biex ghada jkun hemm iktar atleti zghar tajbin f’dan l-isport.”

Din hi problemi reali ghaliex minghajr generazzjonijiet godda ta’ atleti li jisfidaw il-dawk li gew qabilhom, difficilment jista’ jghola l-livell.

Anke’ jekk il-livell ta’ prestazzjonijiet u rizultati ta’ Danica qed jgholew xorta wahda.

“2011 gabitli hafna unuri u successi iktar minn qatt qabel,” hija tghid, mhux bi ftahir imma bhala stqarrija ta’ fatti. “Il-fatt li stajt nitharreg barra minn xtutna, m’atleti ta livell tajjeb ghenitni hafna. Irnexxieli nikseb zewg rekords nazzjonali, kif ukoll hadt sehem f’diversi tlielaq fl-Ingilterra, fejn kien hemm konkorrenza qawwija ta nisa, u dejjem dhalt mall-ewwel ghaxar postijiet.”

Is-sena tant gabet mumenti sbieh li ghaliha difficli tghazel l-aqwa wiehed. 

“Ma nistghax nghid li hemm ‘l-ikbar’ success, peress li kelli diversi tlielaq tajba.  Gejt it-tielet fil-kampjonati tat-triathlon tal-pajjizi z-zghar, lewwel fl-age group fl-ironman ta Notthingham fejn ksirt ir-rekord nazzjonali b’nofs siegha, it-tieni fil-kampjonat nazzjonali tat-triathlon ta’ Yorkshire & Humber gewwa l-Ingliterra, ksirt ir-rekord nazzjonali – li, ncidentalment, kien wiehed li waqqaft jien stess fl-2006 - fuq id-distanza tal-isprint triathlon b’kwazi minuta u rbaht il-kampjonat nazzjonali ghall-10 darba.”

Esperjenzi Godda
Din il-lista ta’ successi tirrifletti l-fatt li matul is-sena hija kienet qed tghid u titharreg barra min Malta.  U dan gid biss jista’ jaghmel.
Courtesy of West Yorkshire Sports
(www.wysp.co.uk)

“Il-fatt li stajt nitharreg vicin t’atleti ahjar minni, uhud minnhom li huma atleti professjonali u champions tad-dinja, ghenet hafna, kemm mentalment, kif ukoll fiskament,” tikkonferma hija stess. “Meta saqsejt biex nitharreg ma dawn l-atleti qaluli li rrid diga nkun kapaci naghmel certu hinijiet fl-ghawm u l-giri biex semplici nista nattendi t-tahrig taghhom. Il-hinjiet li jirrikiedu huma l-ahjar hinijiet tieghi! U b’dawn il-hinijiet, gieli kont inkun l-ahhar wahda tal-grupp waqt it-tahrig! Dawn l-atleti jtelqu fil-qasam professjonali madwar id-dinja.” 

“It-tlielaq fl-Ingilterra huma differenti minn ta’ Malta. Il-korsa dejjem kienet wahda ftit difficli. Anki l-fatt li hemm iktar nisa jikkompetu jghin. Ghall-bidu l-Inglizi ma tawx kazi, imma issa diga bdew jindunaw li nista ntihom kedda. Fil-fatt kien hemm wahda li fil-bidu tas-sena kienet ghaddietni b’xi hames minuti, issa ergajt tellaqt maghha fl-ahhar tal-istagun u irnexxieli nilhaqha fl-ahhar tar-rota. Bdejna l-girja flimkien, u irnexxieli nghaddiha fl-ahhar ftit kilometri tal-girja, u hadtilha it-titlu li qabel kien taghha, tal-kampjonati ta Yorkshire u Humber!”

“Tlielaq hekk jghinu hafna biex intejjeb il-livell, peress li rrid nibqa naghmel l-almu tieghi sakemm nghaddi l-linja fejn tintemm it-tellieqa.”

Barra l-esperjenza ta’ kompetizjoni differenti, Spiteri Bonello pruvat ukoll esperjenzi differenti fi hdan id-dinja tat-triathlon.

“Varjanti tat-triathlon, bhalma huma xi ‘cross-country’, jew ‘off-road’ jghogbuni hafna. Dawn jirrikiedu livell ghola ta’ kapacita atletika u sahha (fitness) milli kieku qed tigri jew taqdef bir-rota fit-triq, peress li hemm iktar strapazzar fuq il-gogi u l-muskoli.”

“Niehu gost naghmilhom, izda naf li l-‘off road’ fuq ir-rota m’hijiex is-sahha tieghi. Izda mill-banda l-ohra, tlielaq ta’ dan it-tijp jghinu biex intejjeb il-hila tieghi fuq ir-rota.”

Filwaqt li harsa lejn il-passat hija normali meta tkun qed teqleb sena gdida, importanti li l-attenzjoni ma’ ddurx min fuq l-isfidi li jkun hemm fil-futur.

“Iva, dejjem insib skopijiet godda biex nimmira, u hemm xi pjanijiet, imma dawn jirrikiedu tahrig intensiv, kif ukoll ghanuna finanzjarja,” hija tghid dwar l-ambizjonijiet taghha. “Dwar records ta’ Malta, kollha qieghdin f’ismi, allura l-ikbar ghadu tieghi huwa l-arlogg u s-sahha fisika tieghi. Imma dejjem nipprova li kull sena nkun iktar b’sahhti mis-sena ta’ qabel.”

“Hemm il-kampjonati tat-triathlon tal-pajjizi z-zghar, fejn nerga nimmira ngib il-medalja tad-deheb lura lejn Malta. Nixtieq niehu sehem fi tlielaq internazzjonali, izda s’issa ghad m’hemm xejn fiss.”

Inevitabilment, ghal atleta li jkun ilu fl-isport tieghu daqs Danica Spiteri Bonello, jqumu mistoqsijiet dwar pjanijiet iktar fit-tul taghhom.  Specifikatament jekk hemmx xi hsieb ta’ rtirar.

“S’issa m’hemm l-ebda hajra li nitlaq dan l-isport bhala atleta, avolja ha nidhol fi 17-il sena tieghi nikkompeti f’dan l-isport li huwa iktar minn nofs hajti!” hija r-risposta taghha. “Niehu gost li xorta ghadi kapaci nkun fil-quccata tul dan iz-zmien kollu, izda fl-istess hin nhewden kif m’hemmx iktar atleti li jistaw jilhqu l-istess hinijiet tieghi.”

“Imma sakemm jasal dak iz-zmien, inkompli nghati kedda lil shabi l-atleti!”

Dan l-artiklu deher inizjalment fil-harga tal-GENSillum tas-Sibt, 7 ta' Jannar.


 
 
 
 

Post a Comment 0 comments:

Post a Comment