Paul Grech: Writer

IconA collection of articles, features, photos, projects and thoughts of writer Paul Grech. The aim is to live up to the life goal of interesting and entertaining stories well told.

L-Ingliz Li Qed Jghin il-Progress ta’ Gharghur FC


Ghal snin, l-uniku unur li Gharghur FC kienu jissieltu ghalih kien dak ta’ l-aghar tim f’Malta.  B’sensiela ta’ kampjonati jghalqu bihom fil-qiegh tat-Tielet Divizjoni, huma kienu jbaghtu biex jtemmu l-istagun b’iktar min ghaxar punti.

Is-sitwazzjoni bdiet tinbidel lejn nofs l-ewwel dicenju ta’ dan il-millenju biex, wara rebha ezilaranti fuq is-Siggiewi, l-Gharghur gew promossi bhala champions tat-Tielet Divizjoni l-istagun li ghadda.

Fost il-protagonisti ta’ dik il-promozzjoni kien hem mil-winger Ingliz Ben Perry-Acton.  Isem li ma jfisser xejn ghajr ghal dawk midhla tat-tim min dan ir-rahal izda li warajh hemm storja nteressanti. 

Dan ghaliex nannuh, Bill Perry, huwa leggenda tal-klabb tal-Blackpool ma min huwa laghab kwazi erba’ mitt loghba fejn skurja mija u dsatax-il gowl.  Fost dawn il-loghob kien hemm il-finali ta’ l-FA Cup fl-1953 fejn huwa skurja l-ahhar gowl tat-tim tieghu, dak li kkonferma rebha ta’ 4-3 fuq il-Bolton.

“Huwa kien wiehed mil l-iktar nies twajba li qatt iltqajt maghhom,” jghid Perry Acton dwar in-nannu famuz tieghu.  “Jekk titkellem mieghu ma kontx tkun taf li huwa kien rebah l-FA Cup jew li kien skurja l-gowl rebbieh.  Qatt ma’ kien jitkellem dwar dan.  Ghalih l-iktar haga mportanti kienet il-familja u huwa ragel li nhares lejh b’ammirazzjoni kbira.”

“Ghalija kien influwenza immense.  Huwa hadni ghal l-ewwel sessjoni tat-tahrig.  Kien jaghtini hafna pariri tajba u sal-llum ghadni niftakar dak li kien jghidli.  Kien influwenza kbira.”

Ben u Bill Perry bil-flokkijiet tal-Blackpool
L-influwenza ta’ nannuh tidher ukoll fl-ghazla ta’ klabbs ta’ Perry-Acton li wara li kien beda mal-Wigan inghaqad mal-Blackpool.  Eventwalment, pero’, gie deciz li huwa ma’ kienx jilhaq l-aspetattivi tal-klabb u l-kuntratt tieghu ma’ ggeddidx.

Dik id-decizjoni kienet wahda difficli ghalih biex jaccettha.  “Ma nghidx lit lift l-interess meta l-Blackpool ghazlu li jnehhuni, imma l-kunfidenza tieghi hadet daqqa.  Komplejt nilghab ma’ tim jismu Cliterhoe u l-kunfidenza tieghi regghet bdiet gejja lura.”

Dan, pero’, ma kienx bizzejjed biex izommu fir-Renju Unit.   “Ilhi nigi Malta min meta kont zghir.  L-genituri ghadnhom dar ghas-sajf f’ta Sliema u ghalhekk konnha nigu ta’ spiss.  Ghamilt sentejn nghid li rrid nitlaq mil l-Ingilgerra sakemm gurnata minnhom jien u t-tfajla tieghi iddeciedejna li kien wasal iz-zmien ma’ naghmlu dan il-pass.  Hsibna li m’ghandna xejn x’nitiflu u gejna noqghodu hawn.”

Ghalkemm huwa ma kellux illuzjonijiet li l-futbol setgha jatigh xoghol, huwa xorta prova jsib tim ma min jilghab. 

“Mil l-ewwel kelli l-hsieb li nsib klabb.  Mort ghal prova ma’ numru ta’ timijet tal-Premier bhal Hibernians u s-Sliema imma ma hareg xejn.  Imbaghad kien hem mil-Pieta li wrew interess u nghaqadt maghhom.  Ghamilt stagun hemm u mbaghad sena ilu nghaqadt mal-Gharghur FC”

Kien zwieg felici ghaliex temm l-istagun b’midalja ta’ champion madwar ghonqu.


“Kienu ta’ l-imgienen!” huwa jghid dwar ic-celebrazzjonijiet li segwew din il-promozzjoni.  “Il-villagg kollu jhobb il-futboll u l-mod drammatiku li biha ntemmet il-loghba (Gharghur rebhu 3-2 war l-hin barrani u wara li kienu 2-0 min taht sad-89 minuta)  kompla zied il-livell ta’ ecitament.  Il-festa ta wara kienet  inkredibli b’kullhadd kuntent, bil-loghob tan-nar u celebrazzjonijet li baqghu sejrin sa’ kmieni filghodu.  In-nies ghadhom jitkelmu fuqha s’issa u l-villag kollu ha spinta l-quddiem.”

Dan l-istagun il-Gharghur FC sejjer tajjeb fit-Tieni Divizjoni u ghadu fl-FA Trophy li jhalli f’Perry-Acton hajja t-tama li jirrepeti s-success ta’ nannuh ghalkemm fuq skala ferm izghar.

“Ghandna skwadra tajba b’tahlita ta’ zghazagh u esperjenza.  Ma narax ghalfejn m’ghandniex nkunu promossi.”

Il-verzjoni originali ta’ dan l-artiklu dehret fuq il-GENSillum (http://www.il-gensillum.com/). 

 
 
 
 

Post a Comment 0 comments:

Post a Comment